Uġigħ ta’ ras Headache
Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.
There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.
Is-sinjal għal UĠIGĦ TA’ RAS għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel, id waħda tieħu l-forma ta’ 5 bil-pala tħares ’il ġewwa u tgħaddi minn naħa għall-oħra tal-ġbin. (ii) L-id tieħu l-forma ta’ ponn bil-pala tħares ’il ġewwa waqt li tersaq lejn il-ġenb bid-driegħ wieqaf u jitbandal kemm kemm ’il quddiem u lura.
The sign for HEADACHE has two parts. (i) First, one hand takes the shape of 5 with the palm facing inwards. The hand moves from one side of the forehead to the other. (ii) The hand takes the shape of a fist with the palm facing inwards whilst it moves towards the side with the lower arm upright and swinging slightly forward and backward.